Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes
    A.D. 1986


Attivitajiet (1)
 
Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes
NAVIGATION
Home
Storja tal-Ghaqda
Kumitat Centrali
Wirja Annwali 2009
Il-Fuljett
Attivitajiet (1)
Attivitajiet (2)
Mudelli ta' Knejjes
Vari Gimgha l-Kbira (1)
Vari Gimgha l-Kbira (2)
Festi Maltin u Ghawdxin
Siti Ohra
Ikkuntatjana
Guestbook






    
Jannar 2009

MILIED FLIMKIEN

Il-Hadd 4 ta' Jannar, 2009

Bhal kull sena, giet organizzata l-Attivita' 'Milied Flimkien' ghall-festi sbieh tal-Milied u ta' l-ewwel tas-sena.  Din l-attivita' bdiet permezz ta' Quddiesa Solenni fil-Knisja ta' Sant'Ursola immexxija mil-W.R. Patri Michael Camilleri O.P., fejn saret ukoll il-Priedka tradizzjonali tat-tifel.  Wara l-Quddiesa, il-membri kollha kienu mistiedna sabiex jattendu ghall-trattament zghir fil-Lokal tal-Ghaqda.   L-attendenza ghal din l-attivita' annwali kienet wahda tajba hafna. 



Jannar 2009

IKLA GHALL-MEMBRI

Il-Hadd 11 ta' Jannar, 2009

Nhar il-Hadd 11 ta' Jannar giet organizzata ikla ghall-membri u l-familji gewwa l-Osborne Hotel tal-Belt Valletta.  L-attendenza ghal din l-attivita' kienet wahda tajba bhas-soltu.



Frar 2009

TAHDITA MIS-SUR GUIDO LANFRANCO

Il-Hadd 1 ta' Frar, 2009

Nhar il-Hadd 1 ta' Frar, saret  l-ahhar laghqa ghall-membri qabel il-wirja annwali ta' din is-sena.  Matul il-laqgha, inghataw l-ahhar struzzjonijiet dwar il-wirja mil-President is-Sur Vince Galea, u wara, saret tahdita mill-aktar interessanti dwar il-leggendi tal-kappelli maltin mis-Sur Guido Lanfranco, ex-President ta' l-Ghaqda taghna.  L-attendenza tal-membri kienet wahda tajba hafna.



Mejju 2009

KOMMEMORAZZJONI TA' SAN GUZEPP
PATRUN TA' L-GHAQDA

Il-Hadd 3 ta' Mejju, 2009

Nhar il-Hadd 3 ta' Mejju saret bhas-soltu l-festa ta' San Guzepp, patrun ta' l-Ghaqda.  Inghad it-Talb ta' Sbieh il-Jum, saret tahdita dwar il-qaddis mill-W.Rev. Patri Joseph Zahra O.P. u wara sar il-bews tar-relikwija ta' San Guzepp.  L-istess Patri Zahra bierek il-lokal u l-membri ta' l-Ghaqda, u wara saret tahdita mis-Sur Mario Bartolo dwar ix-xoghol tal-ganutell.



Mejju 2009

WIRJA NAZZJONALI TA' SAN GUZEPP

Fl-okkazjoni ta' l-400 sena mit-twaqqif tal-festa tad-19 ta' Marzu, l-Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes hadet sehem f'wirja nazzjonali dwar il-kult ta' San Guzepp f'pajjizna li giet organizzata mill-Kazin San Guzepp tal-Hamrun.




COPYRIGHT gdmk 2005

Create a free website at Webs.com